Il-festa tikber tul is-snin
minn
Oliver Cassar
Il-Parrocca ta S.Sebastjan fHal Qormi giet imwaqqfa fl-1936 ghalkemm id-devozzjoni lejn dan il-qaddis tmur bil-wisq aktar il-boghod, meta fl-1575 nsibu li fdan il-lokal kienet dia teisti kappella dedikata lil dan il-qaddis. Izda wara li fl-1813 kienet saret statwa tal-gebel ftarf ir-rahal ta dak iz-zmien u li tirraprezenta wiehed mill-martirji ta S.Sebastjan, iz-zona tal-madwar mill-ewwel kienet imlaqma bhala dik ta S.Sebastjan. Din l-istatwa kienet saret brizultat ta weghda u bsens ta ringrazzjament minn missirijietna, wara li l-lokal taghhom kien wiehed fost l-aktar milquta mill-mewga tal-pesta ta l-1813.
Matul iz-zmien iz-zona ta S.Sebastjan bdiet tizviluppa u nsibu li fl-1871 kien hemm ma l-1,100 ruh resident fl-abitazzjonijiet ta madwar l-istatwa msemmijha. Gara li dawn ir-residenti kienu qed ihossuhom mhux milhuqa fil-bzonnijiet spiritwali offruti mill-knisja parrokkjali ta S.Gorg, sa dak iz-zmien l-unika knisja parrokkjali fHal Qormi. Bhekk fl-1872 kien sar rikors biex tinbena knisja zghira fiz-zona koncernata. Wara li din il-knisja ddedikata lil S.Sebastjan tlestiet fl-1890 u giet ikkonsagrata fl-1893, kienu bdew jigu zviluppati xi forma ta festi. Nsibu li ghalkemm minn din il-knisja ma kinitx issir purcissjoni, bdanakollu minn l-1894 kienu bdew jiu organizzati festi nterni ad unur il-qaddis padrun, filwaqt li fuq barra kien beda jigi armat xi armar, jinxtghelu t-toroq tal-vicin kif ukoll isiru programmi muzikali, marci u loghob tan-nar. Dan kien il-bidu tal-festa ta S.Sebastjan fHal Qormi.
Hal Qormi baqa jikber u lawtoritajiet tal-Knisja fMalta ddecidew li kellu jibda l-process gat-twaqqif tat-tieni parrocca fdan il-lokal. Dan sehh permezz tad-digrieti mahruga minn l-Arcisqof Mons. Dun Mauro Caruana fid-19 ta Gunju 1918 u fil-25 ta Ottubru 1935, fejn iz-zona ta S.Sebastjan kienet dikjarata bhala vici-parrocca u bhala parrocca awtonoma rispettivament. Mhux xi fatt sigriet li dawn id-decizjonijiet kienu opposti minn xi whud fHal Qormi u kemm dan l-element kif ukoll xi diskussjonijiet dwar xkellu jsir minn l-armar li ngabar gal din iz-zona, qajmu certu sens ta pika fost partitarji opposti fil-lokal, li sfortunatament nahseb li bxi mod ghada tezisti.
Is-Socjeta Filarmonika Pinto li kienet iet imwaqfa fl-1862, issa kienet sabet posta permezz tas-sede taghha gewwa l-parrocca l-gdida u bhekk bdiet tinvolvi ruha dejjem aktar fl-organizazzjoni tal-festi ta S.Sebastjan. Izda wiehed irid isemmi wkoll li bejn is-snin 1956 sal-1965 beccezzjoni ghal-1961 din is-Socjeta ma offrietx is-servizzi taghha ghall-festa wara nuqqas ta qbil ma l-awtoitajiet tal-Knisja fil-lokal. Meta forsi wiehed jaqta dan il-perjodu ikrah ghall-parrocca taghna, naraw li l-festi dejjem kienu kbar u brijjuzi, izda l-progress kien isir bil-mod minhabba li finanzi migbura fil-parrocca kienu fil-bicca l-kbira taghhom qed imorru ghall-progett ta knisja gdida li taqdi aktar il-bzonnijiet tal-parrocca. Ix-xoghol tal-bini kien beda nhar is-27 ta Jannar 1946 meta l-Isqof Mikiel Gonzi bierek l-ewwel gebla tal-Knisja parrokkjali filwaqt li nhar id-29 ta Mejju 1982 din il-knisja kienet tista tibda tintuza ghall-funzjonijiet relijuzi.
Minn hawn il-quddiem il-festa fil-parrocca hadet dehra ohra. Kienet diga twaqqfet il-Kamra tan-Nar mis-Socjeta Filarmonika fl-1979 u fl-1984 twaqqfet ukoll l-Ghaqda Armar San Sebastjan M. Fdan l-istadju nsibu li l-festa taghna bdietx tilhaq livell ta attrazzjoni li jikkompeti sew ma ta ohrajn li kienu ilhom stabiliti ferm aktar minna. Ghalkemm tip ta Kummissjoni Zghazagh kienet ghadha ma bdietx tigi ffurmata, l-atmosfera festiva u brijjuza matul il-festa kienet sa minn dejjem kbira. Bizzejjed wiehed isemmi li partitarji Bastjanizi kienu ta l-ewwel li gamlu kanizzata sabiex takkumpanja l-banda taghhom matul il-marc tradizzjonali tal-hadd filghodu, fl-1964.
Sa mit-twaqqif taghha l-ghaqda ta l-armar kienet bdiet ukoll tiehu hsieb li taghmel xi bnadar fost l-ohrajn, sabiex tallegra u tarma aktar il-marci tal-festa. Forsi kien fadal xi ftit sabiex fil-parrocca jitwaqqaf speci ta grupp li jigbor fi il-partitarji zghazagh tal-parrocca, ghalkemm fl-1986-87 insibu li fi hdan is-Socjeta Filarmonika Pinto kienet tezisti sezzjoni bl-isem gaag Qalbisti. Ida x-xogol ta din is-sezzjoni kien koncernat tista tghid biss ghall-gbir ta fondi gall-marci tal-festa, xoghol li galkemm utli ma serviex biex jaghti identita lis-sezzjoni minhabba li dan ix-xoghol kien diga jsir u ghadu jsir sal-lum mill-kumitat tas-socjeta msemmija. Bhekk jista jkun li din kienet ir-raguni ghala din is-sezzjoni mietet fqasir zmien.
Fl-istess perijodu fi hdan il-Kazin tal-Banda San Guzepp tal-Hamrun kienet twaqqfet il-Kummissjoni Zghazagh Guzeppini li kienet ukoll fost l-ewlenin u bil-mod kif din bdiet topera nfluenzat lil bosta zghazagh fdiversi lokalitajiet. Bhekk meta xi zghazagh kienu disposti li jwaqqfu grupp simili, kienet tista tghid haga naturali li dan jitwaqqaf fi hdan l-Ghaqda Armar S.Sebastjan meta din kienet diga tipprovdi materjal li kien beda jigi mistenni minn kummissjonijiet ta dan it-tip. It-twaqqif ta dan il-grupp imsejja] Kummissjoni Zghazzagh Bastjanihi sehh nhar it-22 ta April 1991.
Din il-kummissjoni bdiet torganizza numru ta attivitajiet bmod partikolari diversi Green Parties li bdew jigu organizzati fil-Little Topaz Hall fi Triq De La Cruz u aktar tard fil-Warner Theater ta Triq S.Bartilmew. Bhekk beda jitwaqqaf fond sabiex din il-kummissjoni tkun tista tiffinanzja numru akbar ta bnadar ta daqsijiet differenti kif ukoll xi umbrelel gal mal-marcijiet. L-ewwel ghan kien li jikber il-livel bmod partikolari tal-marc tradizzjonali tal-Hadd filghodu izda maz-zmien din il-vizjoni twasset u l-lum il-gurnata nsibu li qed isir xoghol speifiku anke gal xi mar ta urnata partikolari tat-tridu bal ma huwa xogol bdwal diitali, li jidher li qed isir popolari maz-zghazagh fdiversi lokalitajiet matul marci li jsiru fil-sighat ta filghaxija.
Il-lum il-gurnata kburin li naraw fil-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi numru ta zghazagh dejjem jizdied, kemm tfajliet u guvintur, li kabru bil-kbir il-partecipazzjoni fl-attivitajiet varji mifruxha matul is-sena, li jvarjaw minn dawk kulturali sa dawk sportivi. Ghalkemm il-festa baqghat l-attivita principali, l-lum il-gurnata l-kummissjoni qed torganizza attivitajiet ta livel bhal ma hija il-wirja li issir fil-granet tal-Gimgha Mqaddsa li giet imtella l-ewwel darba fl-1995 u li taghmel gieh lil dawk kollha li bxi mod jaghtu s-sehem taghhom fdin il-wirja. Bsodisfazzjon naraw li din il-kummissjoni qed issahhah dejjem aktar il-partitarji Bastjanizi, tnissel fihom aktar sens ta responsabilta u maturita, kif ukoll theggeg lill-membri taghha jaghtu kontribut akbar gall-festi tradizzjonali Maltin.